6.7.19

PRIM’ AWLA TAL-QORTI ĊIVILI - APPELLI SUPERJURI U INFERJURI




10445. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi ġodda fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u kemm ġew preżentati Appelli Superjuri u Inferjuri tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena?

10/06/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta l-għadd ta’ kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta’ Appelli Superjuri u Inferjuri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hekk:

i.             Kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili : 656
ii.            Kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) : 87
iii.          Appelli fil-Qorti tal-Appell Superjuri : 181
iv.           Appelli fil-Qorti Kostituzzjonali : 23
v.            Appelli fil-Qorti tal-Appell Inferjuri : 163

Fil-Qorti Għawdex għadd ta’ kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta’ Appelli Superjuri u Inferjuri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hekk:

i.       Kawżi fil- Prim’ Awla – Seżżjoni Ġenerali - 41
ii.      Appelli Superjuri – Xejn
iii.     Appelli Inferjuri – 6

Seduta  244
02/07/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...