9.7.19

KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI – APPROVAZZJONI TA’ AMBAXXATURI





10476. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10311, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx xi raġuni għaliex il-Panama għadu ma għaddiex l-agrément?

11/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull pajjiż għandu l-proċeduri diplomatiċi ta’ kif joħroġ l-agrément, kif dan jiġi komunikat u kif ukoll l-istħarriġ ta’ sigurtà li wieħed jagħmel qabel.

Il-Ministeru għadu qiegħed jistenna li jirċievi l-agrément għal ħatra tal-Ambaxxatur nominat  bħala Ambaxxatur ta’ Malta għal Panama.

Seduta  245
03/07/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...