15.7.19

CONSUL ON THE MOVE – LEGALIZZAZZJONI TA’ DOKUMENTI

 
10477. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba fost il-ħidma li ssir mill-Consul on the Move huwiex ukoll ikun hemm dak tal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti?

11/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li l-programm Consul-on-the-Move jaċċetta dokumenti għal-legalizzazzjoni, tajjeb wieħed jgħid li għall-finijiet ta’ legalizzazzjoni, il-Konsli Maltin jistgħu biss jawtentikaw dokumenti legalizzati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Konvenzjoni tal-Aja li tabolixxi l-ħtieġa ta’ legalizzazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi barranin (magħrufa wkolll bħala l-Apostille Convention). F’każ fejn il-klijent ikollu dokumenti legalizzati minn pajjiż mhux membru ta’ din il-konvenzjoni, dan jista’ jitlob l-assistenza tal-Konsli anki waqt iż-żjarat tal-Consul-on-the-Move biex isir l-awtentikar tad-dokument konċernat.

Seduta  246
08/07/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...