6.7.19

ITTRI UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI





10447. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi indikati bħala 166A tul dawn l-aħħar ħames xhur ta' din is-sena?

10/06/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 1335 Ittri Uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap 12 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 – 61 ittra uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 1274 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.

Fil-Qorti Għawdex  ġew ipprezentanti  61 Ittri Uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap 12 mill-1  ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 – 2 ittri uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 59 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.

Seduta  244
02/07/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...