24.10.18

UNIVERSITá – KORS TAD-DOTTORAT FIL-MEDIĊINA WARA KORS TAL-B.SC. BIOLOGY




7312. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jistax jikkonferma li l-istudenti li ggradwaw fil-B.Sc. Biology u li ngħataw l-istipendju matul il-kors tagħhom, u issa li se jsegwu kors fid-Dottorat fil-Mediċina M.D. (tobba) mhumiex se jkunu ntitolati għall-istipendju? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika r-raġunijiet?

16/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li kif stabbilit fl-Artiklu 13 tal-Avviż Legali 308 tal-2006 studenti li jkunu qed isegwu t-tieni kors jew kors sussegwenti fuq livell magħruf aktar baxx jew wara li jkunu lestew jew parzjalment segwew kors ieħor ta’ studji fuq l-istess livell ma jkunux intitolati li jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti għal dak il-perjodu ta’ żmien li hu ekwivalenti għall-perjodu li jkunu għamlu fil-kors ta’ studju preċedenti, jekk għal dak il-kors ta’ studju preċedenti kienu jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti.

Matul it-tieni kors jew dak sussegwenti dawn l-istudenti jkunu intitolati biss għall-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti għall-perjodu ta’ żmien li jkun għad jonqos wara tmiem il-perjodu tal-kors preċedenti jew għad-differenza fl-ammont tal-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jekk għat-tieni kors jew dak sussegwenti l-ammont ta’ għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jkunu ogħla.

Dan jgħodd għal studenti li ggradwaw fil-BSc Biology u li ngħataw għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti matul l-ewwel kors tagħhom peress dawn jitqiesu fl-ambitu ta’ dan ir-regolament.

Seduta  146
22/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...