20.10.18

ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA – DISKUSSJONIJIET U ANALIŻI



6920. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista’ l-Ministru tgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?

20/09/2018

  ONOR. HELENA DALLI:  Wara li twaqqaf Unit dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta ma’ Brexit, bdiet ħidma iffukata biex ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit. F’dan ir-rigward, il-Ministeru:
-              Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma’ Brexit li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
-              ¯amm kuntatt kontinwu mat-Task Force mmexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq Malta;
-              ¯amm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f’Malta biex ikun jista’ jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f’dawn in-negozjati;     
-              Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja x’jista’ jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;
-              Ikkonsulta ma’ Ministeri differenti biex fassal il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi differenti fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
-              Kien parteċipi, flimkien ma’ esperti minn Ministeri differenti, f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li Brexit jista’ jkollu f’setturi differenti;
-              Kien parteċipi f’laqgħat mal-imsieħba soċjali biex jispjega x’kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussel b’rabta ma’ dawn in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;
-              Kien parteċipi f’laqgħat tat-Task Force tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfabiex tattira l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti rendikont ta’ fejn waslu n-negozjati;
-              Iċċirkola materjal informattiv mħejji mill-Kummissjoni Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b’rabta mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma’ Brexit jista’ jkollhom;
-              Beda proċess ta’ koordinazzjoni interna fil-Gvern biex jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea;
-              Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija Identity Malta biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq;
-              Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista’ jkun jeħtieġ li jiġu riveduti minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;

F’din il-ħidma, l-uffiċjali fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati f’dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f’perjodi differenti. Uħud minn dawn l-analiżi kienu settorali u saru f’konsultazzjoni ma’ esperti f’oqsma differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li oħrajn kienu aktar orizzontali. Dan ix-xogħol hu kontinwu u se jibqa’ għaddej sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

Seduta  145
17/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...