4.10.18

FOROM TA’ ŻWIĠIJIET RELIĠJUŻI.




6892. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-forom ta’ żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta’ Malta?

20/09/2018

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ninsab nfurmat li   l-forom ta’ żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta’ Malta huma r-reliġjon Presbiterjana, Luterana, Islamika, Bible Baptist Church, Christian Evangelical Church (Assemblies of God) u l-Evangelical Baptist Church. Dan filwaqt li Artiklu 21 tal-istess Att jirrikonoxxi ż-żwieġ Kattoliku.

Seduta  140
03/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...