24.10.18

ĦAL TARXIEN – SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA - INIZZJATTIVI





7319. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jisselfu kotba mil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien u jekk le jistgħux jittieħdu?

17/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:

·              Kollaborazzjoni mal-aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji.  Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.

·              Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna ukoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.

·              Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.

·              Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.

Inizjattiva oħra tinkludi l-proġett pilota ta’ tmien skejjel fosthom Ħal Tarxien fejn is-sistema tal-librerija tal-iskola ser tiġi magħquda ma’ Malta Libraries u b’hekk il-komunità kollha ser tkun qed tibbenefika minn dawn ir-riżorsi.

Seduta  146
22/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...