13.10.18

AWTORITÀ TAL-AMBJENT – SIĠAR INDIĠENI U ARKEOFATI



6907. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid liema siġar indiġeni u arkeofati qed jiġu protetti mill-Ministeru u l-Awtorità tal-Ambjent u jista’ jindika x’passi effettivi ttieħdu għal dan il-għan?

20/09/2018

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA ħarġet regolament ġdid fuq il-protezzjoni tas-siġar u msaġar, SL 549.123, li fih hemm ukoll inkluża lista ta’ siġar indiġeni u arkeofiti li huma protetti jew f’kull sit jew inkella f’ċertu siti skond l-ispeċi. Wieħed jista’ jirreferi għall-lista ta’ siġar protetti kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.  Dan il-regolament għandu multi għola mir-regolament li kien fis-seħħ qablu bħala miżura biex ikunu protetti dawn is-siġar.
L-istess regolament jagħti għodda lill-ERA biex tipproteġi ċerti siġar bħala żoni għal ħarsien ta’ siġar. L-ERA diġà rduppjat iż-żoni ta’ ħarsien ta’ siġar kemm ilha imwaqqfa, minn tlettin (30) sit għal sittin (60) sit.
L-ERA u Ambjent Malta qegħdin ukoll jaħdmu flimkien fuq it-tkattir ta’ dawn is-siġar, partikolarment dawk mhedda u rari ħafna, u saħansitra daħħlu lura fis-selvaġġ siġar li kienu nqerdu (bħall-imbragla) jew li minnhom kien għad fadal biss ftit eżemplari biss fis-selvaġġ (bħall-olivastru u l-ġummar) permezz ta’ numru ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u restawr f’numru ta’ nħawi fil-Gżejjer Maltin.
Seduta 143
10/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...