4.10.18

RIFUŻJONI TAT-TAXXA - ITTRI.





6867. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward tal-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa li saret riċentament, kemm-il ittra ntbagħtet u lil kemm-il persuna? Jista’ jiġi indikat l-ammont preċiż u komplessiv li ġie mħallas kif ukoll kemm ġew jiswew l-imsemmija ittri għad-dipartiment? Jista’ jindika ukoll jekk sarx ħlas bi ħlas bankarju dirett u f’liema każ kemm kien l-ammont preċiż hekk trasferit?

12/09/2018

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjoni tat-taxxa kienet tlaħħaq l-ammont sħiħ ta’ €11,403,066 (ħdax-il miljun, erba’ mija u tlett elef, u sitta u sittin ewro) li tqassmet fost kull individwu li jaħdem. B’kollox inħarġu total ta’ 204,512-il ittra bi spiza ta’ inqas minn 50 ċenteżmu 'l waħda. Ngħarraf lill-Interpellant ukoll li l-ebda pagament ma sar permezz ta’ ħlas bankarju dirett.

Seduta  140
03/10/2018


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...