24.10.18

ĦAL TARXIEN – TRIQ IŻ-ŻEJTUN - XOGĦOL




7327. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5399, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.

Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.

Seduta  148
24/10/2018



No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...