24.10.18

PITTURI RESTAWRATI






7329. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema pitturi qed jiġu preżentement restawrati mill-kollezzjoni li għandna?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-laboratorju tar-restawr tal-pitturi ta’ Heritage Malta jirrestawra kostantement pitturi mill-mużewijiet kollha amministrati minnha. Madankollu l-enfasi tvarja skont il-proġetti ewlenin li jkunu għaddejjin. Għaldaqstant, f’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi li se tkun esibita fil-mużew ġdid il-MUZA, filwaqt li fis-snin li ġejjin l-enfasi se tkun fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi tal-Palazz tal-Gran Mastru, fost l-oħrajn.

Seduta  148
24/10/2018


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...