24.10.18

L-EFFETTI TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA – RAPPORTI U RIĊERKA





7318. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u r-riċerka li saret mill-Ministeru dwar l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?

17/10/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interepellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f’Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (hekk kif kien imsejjaħ dak iż-żmien) nieda inizjattivi sabiex jagħraf x’inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna partikolarment l-impatt fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta mar-Renju Unit.  Dan sar sabiex flimkien mal-Ministeri koncernati, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistħarreġ jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni fid-dawl tal-eventwali konklużjoni u r-riżultat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE.

Seduta  146
22/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...