13.10.18

LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BIL-LINGWA SPANJOLA




6909. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?

20/09/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.

Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 43 ktieb bil-lingwa Spanjola, filwaqt li ebda ktieb ma ngħata b’donazzjoni.

Seduta  143
10/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...