13.10.18

ARBUXELLI



6911. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin?

20/09/2018

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’ Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).  Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu. Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.                     
Mill-Ministeru tiegħi f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 3,090 arbuxelli u tħawwlu 61,667 arbuxelli.

Seduta 143
10/10/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...