14.10.15

IMPJIEGI PART-TIME






19708. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17350, jista’ l-Ministru jindika kemm persuni qed jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex tul din is-sena u jista’ jindika kemm minnhom għandhom full-time?

08/10/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex fl-aħħar ta’ April 2015 kien ta’ 4,071.  It-tabella t’hawn taħt  turi  kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol ewlieni u kemm minnhom kellhom part-time u full time job ukoll. 

Part Time bħala xogħol Primarju
Part time u għandhom full Time ukoll
Total Part Time
2,134
1,937
4,071

L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ April 2015.

Seduta  300
13/10/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...