5.10.15

NISA - IMPJIEGI- 2014.



 
19382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2014? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

01/10/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Nisa li bdew jaħdmu fl-2014
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
7,474
3,775
11,249
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2014 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi
1,019
1,404
2,423
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2014 wara 4 snin jew aktar inattivi
694
1,165
1,859
Nisa li bdew jaħdmu fl-2014 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
3,673
3,562
7,235
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2014
12,860
9,906
22,766

Seduta  296
05/10/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...