14.10.15

BORMLA - XOGĦLIJIET





19710. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u se jsir tul din il-Leġiżlatura f’Bormla u jista’ jindika kemm kienet u kemm se tkun in-nefqa?

08/10/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi wettaq dawn ix-xogħlijiet;

Manifattura u twaħħil ta’ bollards fil-Mina ta’ Santa Liena.
Manifattura u twaħħil ta’ bollards fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici.
Xogħol fuq il-pavimtar fi Triq Carmelo Mifsud Bonnici.
Xogħol fuq il-balavostri fi Pjazza Santa Margerita.
Xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali fix-Xagħra ta’ Bormla (Ġnien Kottonera).
Tqegħid ta’ kurduna u bini ta’ ħajt fi Triq San Nikola.
Xogħol ta’ tisbiħ u tindif ta’ culverts fi Triq l-Immakulata.
Xogħol ta’ tisbiħ u pavimentar fi Triq Alessandra.
Xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Sur San Pawl – San Ġwann T’Għuxa.
Xogħol ta’ konkos fuq passaġġ fi Triq Bieb Bormla.
Bini ta’ culvert għall-ilma f’St Nicholas Married Quarters.
Tiswija tal-bankina fi Triq il-Gendus.
Qlugħ u tqegħid mill-ġdid ta’ taraġ tal-qawwi fi Sqaq Santa Tereża.
Xogħol ta’ pavimentar (konkos) fi Triq ir-Regatta.
Bini ta’ culvert għall-ilma tax-xita fi Triq Felix.
Xogħol ta’ tiswija fil-Ġibjun ta’ Santa Liena.
Xogħol ta’ tisbiħ fi Triq Tlett Ibliet.
Bini ta’ Taraġ f’Mill Street.
Xogħlijiet fuq is-soqfa tal-Knisja Parrokkjali.
Bini ta’ rampa fi Triq Santa Tereża.
Xogħol ta’ tikħil u tibjid f’Hubbard Flats.
Xogħol ta’ kisi fi Triq Wiġi Rosato.
Xogħol estensiv strutturali u finishes f’Dar Bina fi Triq Nelson.
Tiswija fil-latrina fi Triq San Franġisk.
Xogħol ta’ pavimentar fi Triq Matty Grima, Triq Guliermu u Triq Dwardu.
Xogħol ta’ tisbiħ u pavimentar fi Triq Rikkardu Taylor.
Xogħol fil-Klabb tal-Cospicua Rangers u fil-ġnien pubbliku fi Triq San Ġwann.
Xogħol fuq id-‘dunes’ u xogħol ta’ tisbiħ fix-Xatt ta’ Bormla (Baċir Nru 1).
Xogħol fuq id-‘dockhead’ tal Baċir Nru 1 li kien jinkludi tindif, bini mill-ġdid kif ukoll restawr.
Tqegħid ta’ funtana tal-ilma baħar fil- Baċir Nru 1.
Xogħol relatat mal-proġett tal-ERDF fil- Baċir Nru 1.
Xogħol ta’ bdil ta’ balavostri u restawr fit-taraħ li hemm ħdejn il-monument tal-gwerra.
Xogħol ta’ restawr tal-faċċati u l-kampnar tal-Knisja ta’ Santa Tereża. (xogħol kważi lest)

L-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet kienet ta’€7,206,252.

Xogħol li huwa maħsub li ser isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet:

Xogħol fuq il-Gate House fil- Baċir Nru 1.
Xogħol ta’ tisbiħ fuq il-faċċata tal-Każin tal- Banda San Ġorġ.

Huwa maħsub li l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet titla’ għal madwar €462,000.

Seduta  301
14/10/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...