14.10.15

IŻ-ŻEJTUN - XOGĦLIJIET






19711. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u se jsir tul din il-Leġiżlatura fiż-Żejtun? Jista’ jindika kemm kienet u kemm se tkun in-nefqa?

08/10/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi wettaq dawn ix-xogħlijiet;
Patching fi Triq iż-Żejtun – Bulebel, Sqaq f’Daħlet San Tumas, Żejtun Road, Triq ix-Xerriek u Tarxien Road.

Bini ta’ ħajt fi Vjal 25 ta’ Novembru.

L-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ €22,475.

Hemm il-ħsieb li jsir aktar xogħol ta’ patching, sew bl-użu ta’ cold asphalt  kif ukoll bl-użu tat-tarmak.  Dan ix-xogħol isir b’ko-ordinament mal-Kunsill Lokali.

Hemm ippjanat li jsir xogħol ta’ tisbiħ fuq iz-zuntier ta’ isfel tal-Knisja Parrokkjali f’Misraħ ir-Repubblika.

Għadu  ma ġiex stabbilit kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet.

Matul din il-leġislatura, fiż-Żejtun,  saru ukoll dawn ix-xogħlijiet minn Transport Malta hekk kif ġej:


Sena                       Triq                                                                                       Valur

2015                       Triq il-Palazzi                                                                       Approx. €61,000
2015                       Triq Wied il-Għajn / Triq l-Iskarpell                 €22,183 (EU funded/rural roads)
2015                       Sqaq No 3, Triq Ħaż Żabbar                                             Contract Value € 53,384
2015                       Triq ir-Ramla (Sqaq Brieqex)                                            Contract Value € 23,562
2014                       Misraħ Pizzuta                                                                     Approx. € 7,349
2014                       Triq is-Sagħtar/Triq Żagħrun                                             Approx. € 36,847
2013                       Triq Tagħlim k/m Misraħ Karmenu                 Approx. € 137,769
2013                       Triq Strejnu, Sqaq Numru 2                                              Approx. € 25,593
2013                       Triq Anton Buttigieg                                                           Approx. € 68,000               

Rigward xogħlijiet li għad irid isiru minn Transport Malta , dawn jiddependu minn fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Seduta  301
14/10/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...