5.10.15

NISA - IMPJIEGI.2013




 19380. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2013? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

01/10/2015
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).


Nisa li bdew jaħdmu fl-2013
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
6,265
3,588
9,853
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2013 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi
907
1,180
2,087
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2013 wara 4 snin jew aktar inattivi
541
1,001
1,542
Nisa li bdew jaħdmu fl-2013 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
3,282
2,764
6,046
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2013
10,995
8,533
19,528

Seduta  296
05/10/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...