14.10.15

SKEJJEL SEKONDARJI – TGĦALLIM TAL-LINGWA ĠAPPUNIŻA





19399. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża? Kemm huwa l-ammont komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti?

01/10/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ġappuniż ma jiġix offrut fl-iskejjel tal-Istat, u lanqas hemm studenti li qegħdin jitgħallmuh fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti.


Seduta  299
12/10/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...