31327. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30209, jista’ l-Ministru jara li d-direzzjoni li jitneħħew t-tliet parking bays u jinġieb kollox kif kien qabel, tiġi effettwata billi sa issa tneħħiet waħda biss u dan b’diffikultajiet varji għar-residenti?
10/10/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Nitlob lill-Onor. Interpellant
biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 388
14/10/2025
No comments:
Post a Comment