31141. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29441, jista’ l-Ministru jara li ż-Zebra Crossing f’Triq l-Isqajjaq, f'Ħal Tarxien issir peress li għadha ma saritx?
03/10/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali ta’ Ħal Tarxien li hemm diffikultà biex issir iż-zebra crossing, peress
li l-kaxxa tad-dawl tinsab man-naħa l-oħra tat-triq u ħadd mir-residenti ma
jixtieq li jkollu l-kaxxa tad-dawl jew il-wires mal-faċċata tiegħu. Għaldaqstant,
il-Kunsill qed jesplora soluzzjonijiet oħra f’dan ir-rigward sabiex tissolva
s-sitwazzjoni.
Seduta 387
13/10/2025
No comments:
Post a Comment