31147. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?
03/10/2025
ONOR. BYRON CAMILLERI: Nitlob lill-Onor. Interpellant
sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Seduta 388
14/10/2025
No comments:
Post a Comment