16.10.25

PEMBROKE - LIVELL GĦOLI TA’ TRAB U STORBJU

31143. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid min huwa responsabbli sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak li r-residenti ġewwa Pembroke għaddejjin minnu, u t-trab u storbju marbut mal-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa jkun ikkontrollat?

 

03/10/2025

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Ministeru responsabbli huwa dak għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.

 

Seduta  387

13/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...