31144. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30878 u 30879 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid min huwa responsabbli sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ dak li r-residenti ġewwa Pembroke għaddejjin minnu, u t-trab u storbju marbut mal-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa jkun ikkontrollat?
03/10/2025
ONOR. BYRON CAMILLERI: Nitlob lill-Onor. Interpellant
biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 387
13/10/2025
No comments:
Post a Comment