16.10.25

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30312 u 30313 jista’ l-Ministru jgħid xi progress kien hemm fix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, issa li naqas l-istaġun tal-għawm?

 

10/10/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellanti li x-xogħol fiż-żona wasal fi stadju fejn qed jitnaddaf il-blat biex tkun tista’ tibda tinbena l-pjattaforma li ser isservi ta’ pediment għall-ħajt.  Fix-xhur li ġejjin, ser jitkompla x-xogħol delikat fiż-żona biex eventwalment jerġa’ jinbena mill-ġdid il-ħajt li iġġarraf fil-maltemp.

 

Intant, inbeda xogħol ieħor ta’ rinfurzar f’żoni oħra tal-peninsula biex jitneħħa l-periklu li hemm fiż-żona.

 

Seduta  389

15/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...