16.10.25

IL-KALKARA - TRIQ LI TAGĦTI MILL-BAJJA TAR-RINELLA GĦALL-FORTIZZA - XOGĦLIJIET

31332. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30314, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress dwar ix-xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara tiġi rranġata?

 

10/10/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender documents għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti imwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li twasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli, għadu qed jiġi ppreparat.

 

Seduta  389

15/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...