16.10.25

ĦAL TARXIEN – TRIQ GIUSEPPE CALI - XOGĦLIJIET

31329. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara x’xogħlijiet qed jsiru fi Triq Giuseppe Cali Ħal Tarxien, kemm ser jiswew u meta ser ikuni lesti?

 

10/10/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol infrastrutturali fi Triq Giuseppe Cali Ħal Tarxien jikkonsisti f’rikostruzzjoni ta’ sistema ta’ drenaġġ, sistema ta’ ilma u dawl kif ukoll pavimentar u bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħol hu previst li jkun lest fl-ewwel kwart ta’ sena 2026. Spiża tax-xogħlijiet għadha ma ġietx ikkwantifikata.

 

Seduta  389

15/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...