16.10.25

ĠURIJIET PENDENTI

31328. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30869 u 31099 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

 

10/10/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sad-9 ta’ Ottubru, 2025 kien hemm 34 ġuri appuntat (39 akkuzat) u 22 ġuri (28 akkuzat) li mmatturaw u li qed jistennew sabiex jiġu appuntati.

 

Hemm ukoll 98 ġuri li ma jistgħux jiġu appuntati minħabba li qed jistennew l-eżitu ta’ proċeduri oħrajn, fosthom kawżi Kostituzzjonali, filwaqt li hemm ukoll 99 att t’akkuża preżentement fil-proċess ta’ eċċezzjonijiet sabiex sussegwetment in segwitu għad-deċiżjonijiet dwar l-istess eċezzjonijiet jiġi appuntat il-ġuri.

 

It-tieni parti tad-domanda għandha tiġi indirizzata lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  389

15/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...