16.10.25

IL-FGURA - TRIQ BORMLA U TRIQ VALPERGA - ILQUGĦ

31146. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?

 

03/10/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilqugħ protettiv ser jiġi installat fuq il-bankina prinċipali, liema bankina hi wiesgħa biżżejjed biex isservi l-iskop tagħha. Fir-rigward tal-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  387

13/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...