16.10.25

IL-FGURA – TRIQ KOTTONER – TNEĦĦIJA TA’ BOULDERS TAL-CONCRETE

31324. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li l-inkonvenjent li nħoloq fi Triq Kottoner Fgura bit-tqegħid ta’ boulders tal-concrete fin-nofs tagħha, jiġi mneħħi jew imtaffi, peress li diversi persuni ma jistgħux jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq?

 

10/10/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-boulders saru biex jipproteġu lis-sewwieqa mix-xogħlijiet li għaddejjin fit-triq imsemmija.  Sakemm kienu jippermettu x-xogħlijiet, kien hemm spazju bejn il-boulders sabiex persuna tista’ tgħaddi.  Minn din il-ġimgħa nbeda x-xogħol tal-iskavar fuq naħa minnhom u għaldaqstant, għas-sigurtà ta’ kulħadd, ma jistax jiġi permess li persuna taqsam min-naħa għall-oħra tat-triq minn bejn dawn il-boulders.  Min ikollu bżonn jaqsam min-naħa għall-oħra tat-triq għandu jsegwi d-devjazzjonijiet indikati.

 

Seduta  388

14/10/2025

No comments:

IL-KALKARA - RINELLA - RESTAWR FIL-ĦAJT FIL-KUMPLESS TA’ BIGHI

31333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġ...