31145. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, tista’ l-Ministru tara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura, kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Tista’ tara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?
03/10/2025
ONOR. MIRIAM DALLI: Ninsab infurmata li saret
spezzjoni mit-tekniċi tal-Enemalta fiż-żona indikata u nbidlu l-lampi li kien
hemm maqtugħin kemm ġewwa kif ukoll barra l-mina. Nitlob lill-Onor.
Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru
konċernat.
Seduta 387
13/10/2025
No comments:
Post a Comment