15.6.19

TRADE MALTA - INIZJATTIVI




10317. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta tul din is-sena?

30/05/2019

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi li ttieħdu minn TradeMalta minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena kienu dawn:
 1.           Implimentat il-‘Go Global’ li hu taħriġ dwar l-esportazzjoni mifrux fuq għaxar ġimgħat bejn Jannar u Marzu, b’kollaborazzjoni mal-Universita’ ta' Malta u ma’ bank ewlieni.

2.    TradeMalta akkumpanjat lill-Prim Ministru b’delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Gujarat, l-Indja, bejn il-15 u l-20 ta’ Jannar.

3.    F’Jannar ukoll, TradeMalta, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, tellgħet delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Istanbul waqt iż-żjara statali fit-Turkija tal-President Emeritus l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-prezenza tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Promozzjoni tal-Kummerċ.

4.    Fl-istess xahar ukoll, TradeMalta akkumpanjat lill-President Emeritus fuq żjara istituzzjonali ġewwa l-Iżrael u l-Palestina.

5.    Business Seminar fit-28 ta’ Frar dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ ikel u xorb, kif ukoll ħejjiet sessjoni ta’ informazzjoni fit-18 ta’ Marzu dwar it-Tieni Esebizzjoni ta’ Importazzjoni fiċ-Ċina (Second China Import Expo), flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ.

6.    TradeMalta kkumplimentat iż-żjara statali tal-President Ganiż f’Malta waqt il-Malta-Ghana Business Forum fl-26 ta’ Marzu fejn tħejjew ukoll numru ta’ B2Bs bejn intrapriżi Maltin u dawk Ganiżi.

7.    TradeMalta ħadet sehem f’delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Seoul u Singapore bejn it-2 u l-10 ta’ April.

8.    TradeMalta ħadmet mal-Ambaxxata Maltija f’Ruma biex intrapriżi Maltin jattendu taħriġ speċjalizzat fuq opportunitajiet ta' kummerċ man-Nazzjonijiet Magħquda fis-16 ta’ Mejju.

9.            F’Mejju wkoll, fuq stedina tal-Gvern Etijopjan, il-Kap Eżekuttiv ta’ TradeMalta akkumpanja lill-Ambaxxatur Malti għall-Etijopja, l-E.T. Ronald Micallef, sal-Etijopja fuq żjara esplorattiva.

Seduta 234
10/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...