4.6.19

LE SOMMET DES DEUX RIVES - SEHEM TA' MALTA FIL-LAQGĦA



  
10305. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x'sehem se jkollu pajjiżna fil-laqgħa msejħa 'Le Sommet des Deux Rives' li għandu jsir f’Marsilja Franza fl-24 ta’ Ġunju 2019?

29/05/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar it-Tlieta, 28 ta’ Mejju 2019, waqt laqgħa teknika fil-gżejjer ta’ Les Embiez, Franza, il-gvern Franċiż ħabbar li l-laqgħa hekk imsejħa “Sommet des Deux Rives” fl-24 ta’ Ġunja 2019 ser tiġi ospitata f’Marsilja.

Din il-laqgħa se ġġib flimkien għall-ewwel darba, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tad-Djalogu 5+5 tal-Mediterran tal-Punent, l-Unjoni Ewropea u l-Ġermanja, żewġ organizzazzjonijiet Mediterranji (Unjoni għall-Mediterran u l-Fondazzjoni Anna Lindh), erba' istituzzjonijiet internazzjonali (Bank Dinji, Bank Ewropew għall-Investiment, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku) u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili miż-żewġt ixtut tal-Mediterran (kull pajjiż se jkun rappreżentat minn għaxar membri tas-soċjetà ċivili) li mistennija jippreżentaw numru ta' inizjattivi /proġetti li ħarġu mill-ħames fora preparatorji, possibilment bl-appoġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet preżenti. Ser issir ukoll laqgħa ta’ tħejjija f'Tunis fil-11 u t-12 ta' Ġunju 2019 fejn mistennija jiġu magħzula l-proġetti.

Bi tħejjija għal dan is-Sommet, saru ħames fora preparatorji, inkluż wieħed f'Malta fl-24 u l-25 ta'April 2019 li ffoka fuq iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u l-Mobbiltà. Dan il-Forum, li  ġie organizzat b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Anna Lindh u żewġ Universitajiet Svizzeri, l'Università della Sivizzera Italiana (Lugano) u l'Institut de hautes études internationales et du développement (Ġinevra), laqqa flimkien madwar 160 parteċipant mill-għaxar pajjizi membri, inkluż mexxejja żgħażagħ, edukaturi, prattikanti tas-soċjetà ċivili u esperti interkulturali.

Sar bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, u b’koperazzjoni mal-Unjoni għall-Mediterran (UfM), l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC), iċ-Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Mediterran (CMI) u l-Grupp tal-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Aġenzija Żgħażagħ. Matul dan il-forum ġew ippreżentati 38 inizjattiva / proġetti li għandhom l-għan li jqiegħdu ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja. Barra minn hekk, rappreżentanti mis-soċjetà ċivili Maltija jippreżentaw numru ta’ inizjattivi ukoll fil-fora li saru dwar l-Enerġiji fl-Alġerija, il-Kultura, il-Medja u t-Turiżmu f’Montpellier, l-Ekonomija u l-Kompetittività fir-Rabat, il-Marokk u dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli f’Palermo.

Seduta  232
04/06/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...