4.6.19

ATTENDENZA GĦAL LAQGĦAT BARRA MINN MALTA





10301. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgġħid f'kemm-il laqgħa attenda barra minn pajjiżna tul din is-sena minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju 2019 kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm għal laqgħat oħra

29/05/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li il-laqgħat li attendejt barra minn pajjiżna tul din s-sena minn Jannar sal-aħħar ta Mejju 2019 kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm għal laqgħat oħra, huma:


Pajjiż
Dati
Laqgħat
Belġju, Brussell
21 ta’ Jannar 2019
18 ta’ Frar 2019
18 ta’ Marzu 2019
13 ta’ Mejju 2019
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Belġju, Brussell
21 ta’ Jannar 2019
It- 22 Laqgħa Ministerjali tal-Unjoni Ewropea mal-ASEAN, laqgħa li ġabet flimkien il-ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea ma dawk tal-għaxar membri tal-Assoċazzjoni tan-Nazzjonijiet Asjatiċi tax-Xlokk (ASEAN).  Fil-marġini, ke laqgħat bilaterali mat-Tajlandja u is-Singapore.
Belġju, Brussell
21 u 22 ta’ Jannar 2019
Laqgħa Ministerjali tall-ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajji¿i ta’ l-Unjoni Ewropeja mal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Afrikana u fil-marġini laqgħat bilaterali mal-Ghana, il-Gambia, ir-Rwanda u in-Namibja.
It-Turkija
23-25 ta’ Jannar 2019
Forum tan-Negozji bejn it-Turkija w Malta ġewwa l-Istanbul, fejn l-On. Ministru akkumpanja l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, u fejn flimkien attendew laqgħa bilaterali mal President Tork Recep Tayyip Edrogan u l-Viċi President Fuat Oktay.
Ir-Rumanija
31 ta’ Jannar – 1 ta’ Frar 2019
Laqgħa informali tal-Ministri tal-Affarijiet  Barranin tal-UE (Gymnich)
Belġju, Brussell
4 ta' Frar 2019
Il-ħames Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Lega tal-Pajjiżi Għarab fi Brussell.
Warsaw, Polonja
13 u 14 ta’ Frar 2019
Laqgħa Ministerjali dwar il-Promozzoni ta’ Futur ta’ Paċi u Sigura fil-Lvant Nofsani
Munich, Ġermanja
15 sa 17 ta’ Frar 2019
Konferenza tas-Sigurta f’Munich u laqgħat bilaterali mas-Sudan u l-Oman fil-marġini tal-Konferenza.
L-Irlanda
18-21 ta’ Frar 2019
Żjara uffiċċjali, laqgħa mal-FM Irlandiz
Sharm el-Sheikh, l-Eġittu
25 ta' Frar 2019
L-ewwel Samit bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Lega tal-Pajjiżi Għarab. Fil-margini saret laqgħa bilaterali mad-Djibouti.
Ġinevra, l-I¿vizzera
26 ta' Frar 2019
Konferenza ta' Rahan għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen.
L-Isvizzera
26 ta’ Frar 2019
L-40 Sezzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (Human Rights Council)
L-Ungerija
27 ta’ Frar 2019
Laqgħa bilaterali mal-FM Ungeriz u stedina  biex nindirizza lill-Ambaxxaturi tal-Ungerija
Kosovo
6-7 ta’ Marzu 2019
Laqgħa mal-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, l-E.T. Behgjet Pacolli
Belġju, Brussell
12  sal-14 ta’ Marzu 2019
It-Tielet konferenza fi Brussel dwar il-futur tas-Sirja u r-reġjun
L-istat tal-Vatikan
18-22 ta’ Marzu 2019
Jakkumpanja d-delegazzjoni Presidenzjali fil-Vatikan
L-Italja
21 ta’ Marzu 2019
L-Onor Ministru Abela akkompanja lill-President l-E.T. Coleiro Preca fejn kien hemm laqgha mall-Papa. Il-Ministru kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-E.T. Enzo Moavero Milanesi, Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ l-Italja
Singapore
6 sa 9 ta’ April 2019
L-Onor Ministru Abela mexxa delegazzjoni tal-kummerċ u ltaqa’ ma’ l-E.T. Dr Mohamad Maliki Bin Osman, Senior Minister  ta' l-Istat, Ministeru tad-Difiża u Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tas-Singapore
Il-Polonja
11-12 ta’ April 2019
Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin fi ħdan il-Berlin Process dwar il-Balkani tal-Punent
Belġju, Brussell
13 u 14 ta’ Mejju 2019
Laqgħa Ministerjali tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja mal-pajjiżi tal-G5 Sahel u fil-marġni laqgħa bilaterali mal-Mali.
Belġju, Brussell
14 ta’ Mejju 2019
Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża
Belġju, Brussell
16 ta’ Mejju 2019
Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup
Helsinki, Finlandia,
17 ta’ Mejju 2019
Il-129 Sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa
Il-Greċja
19 – 20 ta’ Mejju 2019
L-Onor Ministru Abela attenda ċerimonja kulturali f-Ateni, fejn kellu laqgħat bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-ET George Katrougalos;Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Greċja l-ET Terence Quick u mal- Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, l-Intern u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos.
Kelli laqgħa ukoll ta’ Kuntatt mal-Maltin tal-Greċja

Seduta  231
03/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...