15.6.19

ĦAL TARXIEN – TEMPJI NEOLITIĊI




10321. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9188 u jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista’ jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

30/05/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ viżitaturi ġewwa t-tempji ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 kien jammonta għal:

·              78,298   bħala viżitaturi bi ħlas
·              9,301     bħala viżitaturi bla ħlas, dan jinkludi l-open day li saret fi Frar 2018.

In-numru ta’ studenti tal-primarja u sekondarja kien jammonta għal 529 (is-sistema ma tagħmilx distinzjoni bejn studenti tal-primarja u sekondarja).

B’ referenza lejn l-ispejjeż relatati mat-tempji ta’ Ħal Tarxien ninfurmak li l-ispejjeż rikurenti relatati mal-post kienu jammontaw ghal € 73,517.

Seduta  235
11/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...