3.6.19

PERSUNI TA' NAZZJONALITÀ BARRANIJA - PERMESS GĦALL-ĦIDMA




 
10295. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti fl-aħħar ta’ April 2019  għall-persuni ta’ nazzjonalità li mhix dik ta’ dawn l-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?

29/05/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar t’April 2019, Jobsplus kellha 66 talba pendenti għal permess biex jaħdmu (Employment Licence) minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-applikazzjonijiet ġew prinċipalment sottomessi minn applikanti li qed ifittxu l-ażil f’Malta, benefiċjarji ta’ protezzjoni nazzjonali u internazzjonali, residenti fit-tul, u ċittadini oħra ta’ pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit. Sal-aħħar t’April 2019, Jobsplus kellha 718-il talba pendenti għal permess ta’ Single Residence/Work Permit.


Seduta  230
03/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...