15.6.19

TRADE MALTA – INIZJATTIVI MAR-REPUBBLIKA TAL-GHANA



10320. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta mar-Repubblika tal-Ghana tul din is-sena?

30/05/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2019 TradeMalta kompliet bil-ħidma tagħha biex tkattar iktar opportunitajiet ta' kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

Għal dan il-għan TradeMalta ħadmet biex isir business forum bejn intrapriżi Maltin u Ghaniżi waqt iż-Żjara Statali ta’ l-E.T. il-President tar-Repubblika tal-Ghana.

TradeMalta ltaqgħat ma numru ta’ intrapriżi li diġà qiegħdin jagħmlu kummerċ jew mħajjra jagħmlu negozju fil-Ghana biex iżżomm ruħa aġġornata ma' żviluppi li saru jew inkella biex tagħti pariri lil imprendituri fuq opportunitajiet fil-Ghana.

Dan kollu dejjem jsir b’kollaborazzjoni stretta u b’konsultazzjoni mal-Kumissarju Għoli fil-Ghana.

Seduta  235
11/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...