16.6.19

LAQGĦAT BARRA MILL-PAJJIŻ - ATTENDENZA




10329. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9046, jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-vjaġġi kollha li saru minnu fis-sena li għaddiet?

30/05/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vjaġġi li seħħew matul is-sena li għaddiet huma:





Pajjiż
Dati
Laqgħat




Jannar

Liechtenstein
14 ta’ Jannar 2018
14 ta’ Jannar 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, żar Vaduz fil- Prinċipat ta’ Liechtenstein fejn kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ġustizzja u l-Kultura, Aurelia Frick.
L-Isvizzera
16 ta’ Jannar 2018
16 ta’ Jannar 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela żar Bern, il-kapitali tal-Konfederazzjoni Svizzera, fejn kellu taħdidiet uffiċjali ma’ Ignazio Cassis, Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Barranin tal-Konfederazzjoni Svizzera.
Isvizzera
17 ta’ Jannar 2018
Laqgħa mal-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, William Lacy Swing
Alġerija
21 ta’Jannar 2018
Laqgħa bilateral mall-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Alġerija, l- E.T. Abdelkader Messahel fil-marġini tal- tal-Laqgħa Ministerjali tal-5+5
Alġerija
21 ta’ Jannar 2018
L-Onor. Ministru Carmelo Abela pparteċipa fl-Erbatax-il-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu tal-Punent tal-Mediterran magħruf bħala ‘Id-Djalogu 5+5’
Belġju
22 ta’ Jannar 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Italja
29 ta’ Jannar 2018
Konferenza Internazzjonali tal-OSCE fuq ir-Responsabilita’ ta’ Stati, Instituzzjonijiet u Individwi fil-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu




Frar

Il-Bulgarija
5-6 ta’ Frar 2018
Bejn il-5 u 6 ta’ Frar 2018 l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, marret Sofija fuq Żjara Statali. Waqt din iż-żjara l-E.T. il-President tar-Repubblika ta’ Malta, kienet akkumpanjata minn delegazzjoni li kienet komposta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, fost oħrajn.  Matul iż-Żjara ġew iffirmati ħames Memoranda ta’ Ftehim, fosthom wieħed bejn il-MEDAC u Università f’Sofija.

20 ta’ Frar
Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvilupp
Belġju
24-25 ta’ April 2018
Konferenza III fi Brussell għas-Sirja
Belġju
26 ta’ Frar 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Il-Kroazja
26-27 ta’ Frar 2018
Bejn is-26 u s-27 ta’ Frar 2018 kien hemm Żjara Statali fil-Kroazja. L-E.T il-President tar-Repubblika ta’ Malta, kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, delegazzjoni ta’ Kummerċ, u uffiċjali oħra.
Ġenevra
27 ta’ Frar 2018
Il-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet Tal-Bniedem (Human Rights Council)
Svizzera
Fit-28 ta’ Frar 2018
L-Onor. Carmelo Abela ltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-E.T. Pham Binh Minh waqt is-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem.




Marzu

Indja
Mill-5 sat-8 ta’ Marzu 2018
Żjara uffiċjali ġewwa l-Indja fejn il-Ministru Abela mexxa delegazzjoni ta’ 26 negozjant Malti. Hu ltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Indjan l-E.T. Sushma Swaraj, mal-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija l-E.T. Suresh Prabhu u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Barranin l-E.T. Mobashar Jawed Akbar.
Italja
15 ta’ Marzu 2018
Konferenza Ministerjali Straordinarja ghal-UNRWA
Belġju
19 ta’ Marzu 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Awstralja
Mill-28 ta’ Marzu sas-7 t’April 2018
L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Dott. Joseph Muscat għall-ftuħ uffiċjali tal-Gold Coast Commonwealth Games




April

Belġju
16 t’April 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Ir-Renju Unit
16-20 April 2018
CHOGM
Belġju, Brussell
Fil-25 ta’ April 2018

Brussel
Milll-24  sal-25 ta’ April 2018
Il-Ministru Carmelo Abela attenda it-Tieni Konferenza dwar is-Sirja
Istati Uniti u l-Kanada
25 ta’ April – 7 ta’ Mejju 2018
Il-Ministru Carmelo Abela, akkumpanja lill-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca fuq żjara lill-komunitajiet Maltin f'Detroit u f'San Francisco kif ukoll lill-komunitajiet Maltin f’Toronto u Vancouver.




Mejju

Rabat
2 ta’ Mejju 2018
Laqgħa Ministerjali tal-Proċess tar-Rabat
Belġju, Brussell
6 ta’ Mejju 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża
Belgju
14 ta’ Mejju 2018
Konferenza Dwar Il-Vittmi Tal-Vjolenza Etnika u Reliġjuża fil-Lvant Nofsani
Il-Portugal
15-17 ta’ Mejju 2018
Bejn il-15 u s-17 ta’ Mejju 2018. L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, marret il-Portugal fuq Żjara Statali u kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela li ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Portugal, Augusto Santos Silva.
Bratislava
17 ta’ Mejju 2018
Fis-17 ta’ Mejju 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ,  l-Onor. Carmelo Abela pparteċipa fil-‘Globsec Forum 2018’ fejn kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovakkja, Miroslav Lajèák.
Danimarka
17 – 18 ta’ Mejju
Il-128 Sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa

Belġju
22 Mejju 2018
Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup /  Konferenza Internazzjonali għal Gambja
Belġju
28 ta’ Mejju 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Pariġi
29 ta’ Mejju 2018
L-Onor. Carmelo Abela  akkumpanja lill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Muscat għas-Summit fuq il-Libja




Ġunju

L-Italja
15 ta’ Ġunju 2018
Fil-15 ta’ Ġunju 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, żar il-belt kapitali Ruma, fejn iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja Enzo Moavero Milanesi. It-tnejn urew ix-xewqa li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Iżrael
Mit-18 sal-20 ta’ Ġunju 2018
L-Onor. Carmelo Abela għamel żjara ufficjali l-Iżrael.
Palestina
Mill-20 sal-21 ta’ Ġunju 2018
L-Onor. Carmelo Abela għamel żjara ufficjali il-Palestina.
Belġju
25 ta’ Ġunju 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin




Lulju

Franza
13 ta’ Lulju 2018
Fit-13 ta’ Lulju 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, żar Franza fejn kellu laqgħat uffiċjali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Jean-Yves le Drian, f’Pariġi.
Belġju
16 ta’ Lulju 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Stati Uniti
18 ta’ Lulju
-              Forum Politiku ta’ Livell Għoli
-              Laqgħa mal-Uffiċċju ta’ Prof. Virginia Gamba, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Maqgħuda għat-Tfal u l-Kunflitt Armat
Bo¿nija-Ħerzegovina
23-24 ta’ Lulju 2018
Bejn it-23 u l-24 ta’ Lulju 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, żar Sarajevo fejn kellu laqgħat  uffiċjali mal-E.T. Igor Crnadak, Ministru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll mad-Deputat Chairman tal-Kunsill tal-Ministri u l-Ministru tal-Kummerċ u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-E.T. Mirko Šaroviæ.
Ġappun, Tokyo
Mit-30 ta’ Lulju 2018 sa t-2 t’Awwissu 2018
L-Onor. Ministru Carmelo Abela akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat waqt ýjara ġewwa l-Ġappun bejn it-30 ta’ Lulju 2018 u t-2 t’Awwissu 2018. Waqt din iý-ýjara kien hemm laqgħat mal-Onor. Prim Ministru Shinzô Abe u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Barranin l-Onor. Kazuyuki Nakaneto.




Awwissu

Dubrovnik
Mill-31 t’Awwissu u sal-1 ta’ Settembru  2018
Il-Ministru Abela ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran l-E.T. Nasser Kamel fil-marġini tal-Forum ta’ Dubrovnik




Settembru

Bled Strategic Forum
10-11 ta’ Settembru 2018
Bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela attenda l-Forum Strateġiku ta’ Bled, fejn kellu laqgħat ta’ korteżija mal-E.T. Miro Cerar, Prim Ministru tar-Repubblika tas-Slovenja, mal-E.T. Igor Darmanovic, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Montenegro u l-E.T. Andrej Zhernovski, Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Maċedonja.
Ċina, Beijing
Mit-12 sal-15 ta’ Settembru 2018
l-Onor. Carmelo Abela matul din iż-żjara iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-E.T. Wang Yi biex ukoll imexxi l-laqgħa tal-Medium Term Cooperation Plan. Matul iż-żjara iltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Kummerċ, l-E.T. Zhong Shan, u mal-Ministru tal-Kultura u Turiżmu l-E.T. Luo Shugang.
New York
24-28 ta’ Settembru 2018
73Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda:
- Nelson Mandela Summit
- Global Call to Action on the World Drug Problem
- High Level Side Event: The Global Compact for Refugees – A greater solidarity and cooperation, organised by UNHCR
- High Level Event: Youth 2030 convened by UNICEF & UNSG Envoy for Youth
- EU Foreign Affairs Meeting
- High Level Panel on Migration and Structural Transformation in Africa
- High Level Event on Action for Peacekeeping
- Transatlantic Dinner
- EU Hosted High Level Meeting on the Syria
- Declaration of Human rights- A prevention tool to achieve peace adn sustainable development
- High Level Debate: Africa-Open for Business
- Opening of the United General Assembly (UNGA)
- Ensuring justice for Syria and the role of the International, Impartial and Independent Mechansism (IIIM) in the process
- Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa
- Laqgħa ma’ Peter Thomson, Mibgħut Speċjali tal- tal-Ġnus Maqgħuda dwar l-Oċeani
- Laqgħa ma’  Prof. Virginia Gamba, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Maqgħuda għat-Tfal u l-Kunflitt Armat
- 17th Commonwealth Foreign Affairs Ministers’ Meeting (CFAMM)
- Malta Side-Event: Giving Voice to Evidence: Overcoming a Distorted Narrative on Migration and Moving Towards Evidence Based Migration Policy Development
- Fil-marġni tal-Laqgħa tal-Assemblea tal-Ġnus Magħquda, il-Ministru Abela kellhu laqgħa mal-President tal-Fondazzjoni Anna Lindh, is-Sinjura Elisabette Guigou
- Waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ta’ Settembru saret laqgħa bilaterali bejn l-Onor. Carmelo Abela u d-Deputat Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin H.E. Pham Binh Minh waqt it-73 sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.
- Fis-27 ta’ Settembru 2018 l-Onor. Ministru Carmelo Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Onor. Shri Mobashar Jawed Akbar, Ministru tar-Relazzjonijiet Barranin tal-Indja, fil-marġini tat-73 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York.
New York
26 ta’ Settembru 2018

Amerka, New York (UNGA)
Mil-24 sas-27 ta’ Settembru 2018





Ottubru

Emirati Għarab Magħquda
Fl-1 ta’ Ottubru 2018
Fl-1 ta’ Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela żar l-Emirati Għarab Magħquda għall-laqgħat uffiċċjali mal-għola awtoritajiet. Matul din iż-żjara ta’ ħidma, huwa akkumpanja lill-E.T il-President tar-Repubblika li mexxiet delegazzjoni ta' livell għoli b’numru ta’ uffiċjali minn Property Malta u rappreżentanti kummerċjali li attendew is-Cityscape Global Expo f’Dubai.
Kuwajt
Fit-3 ta’Ottubru 2018
Fit-3 ta’Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela  żar il-Kuwajt għall-laqgħat uffiċċjali mal-Emir, il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru u il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kuwajt. Għal din iż-żjara, kien ukoll, akkumpanjat minn uffiċjali ta’ Trade Malta, Malta Enterprise, l-Universita’ ta’ Malta u l-MCAST. Waqt din iż-żjara, ġie ffirmat l-Memorandum of Understanding fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika bejn iż-żewġ pajjiżi.
Barċelona
8 ta’ Ottubru 2018
L-Onor. Ministru Abela attenda t-Tielet Forum Reġjonali li jiġbor il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran bl-isem ta’ "Għaxar snin tal-Unjoni għall-Mediterran’
Belġju
15 ta’ Ottubru 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Belġju, Brussell
18-19 ta’ Ottubru 2018
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat għal-Laqgħa bejn il-Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi Asjatiċi (ASEM) waqt is-Summit
Spanja
25-26 t’Ottubru 2018
Il-Konferenza Annwali tal-Mediterran tal-OSCE

Ateni, Greċja
Fid-29-30 ta' Ottubru 2018
Fid-29-30 ta' Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela attenda It-Tielet Samit Dinji bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Għarab f' Ateni.




Novembru

Ċina, Shanghai
5-10 ta’ Novembru 2018
Fis-6 ta’ Novembru 2018, waqt żjara fiċ-Ċina mill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Abela, ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim fil-qafas tal-inizzjativa Ċiniza Belt and Road.
Palermo
Mit-12 sat-13 Novembru 2018
L-Onor. Carmelo Abela  akkumpanja lill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Muscat għall-Konferenza ghall-Libja
Il-Maċedonja ta’ Fuq
14 ta’ Novembru 2018
14 ta’ Novembru. Il-Prim Ministru l-Onor Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, għamel l-ewwel żjara uffiċjali fil- Maċedonja ta’ Fuq, fejn kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Maċedonja ta’ Fuq, l-E.T. Zoran Zaev.
Belġju
19 ta’ Novembru 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Belġju, Brussell
20 ta’ Novembru 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża
Italja
23 ta’ Novembru 2018
Laqgħa mal-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, António Vitorino
Italja, Ruma
24 ta’ Novembru 2018
L-Onor. Ministru kellu laqgħa bilaterali fil-marġini tar- Raba’ Djalogu tal-Mediterran f’Ruma mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġappuniz l-Eċċellenza tiegħu Tarô Kôno, fejn ġew diskussi r-relazzjonijet bilaterali kif ukoll il-ftuħ ta’ Ambaxxata Maltija fil-Ġappun.
Il-Polonja
25 ta’ Novembru 2018
Fil-25 ta’ Novembru 2018, l-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, kien kelliem ewlieni fil-ħames edizzjoni tal-Forum annwali tas-Sigurtà ta' Varsavja (Warsaw Security Forum) li sar fil-Varsavja.
Belġju
26 ta’ Novembru 2018
Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup
Svizzera, Ġinevera
29 ta’ Novembru 2018
L-Onor. Carmelo Abela attenda it-13-il konferenza ministerjali dwar l-Afganistan f’Ġinevra.  F’din l-okka¿joni, l-Ministru tkellem dwar il-progress li sar fejn jidħlu r-riformi mnehdija mill-gvern Afgan u l-iżviluppi lejn il-paċi fil-pajjiż.




Diċembru

Italja
6 ta’ Diċembru 2018
OSCE Laqgħa tal-Ministri f’Milan
Belġju
10 ta’ Diċembru 2018
Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Marokk
10 – 11 ta’ Diċembru
Konferenza Intergovernattiva fuq il-Patt Globali għall-Migrazzjoni

Laqgħa mal-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżviluppatur tal-Politika tal-Migrazzjoni (ICMPD),  Michael Spindelegger
Awstrija
17 - 18 ta’ Diċembru 2018


F’ Diċembru 2018.  Il-Prim Ministru, l-Onor. Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor.Carmelo Abela,  kienu fi Vjenna ghall-Forum Afrika-Ewropa fuq koperazzjoni fl-era digitali.

Seduta  236
12/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...