29.6.19

BORMLA - TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ - BALAVOSTRI




10391. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10303 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn il-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla għadhom ma tlestewx?

05/06/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninsab informat li r-raġuni prinċipali li dan ix-xogħol għadu ma tlestiex hija li dan jinvolvi qtugħ ta’ ġebel ta’ qies mhux normali (kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’). Għalhekk il-qtugħ ta’ dan il-ġebel ikun ikkondizzjonat mix-xogħol tal-qtugħ tal-kantun normali li jkollha l-barriera kif ukoll mill-post fl-istess barriera fejn ikun wasal il-qtugħ, peress li dan il-ġebel ta’ daqs kbir ikun irid jinqata’ minn post li ma jħassarx wiċċ il-barriera. 

Seduta  240
24/06/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...