7.7.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KUMMISSARJU TAD-DATA U L-INFORMAZZJONI -TALBIET.





17142. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Ministeru u lid-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu u taħt il-kompetenza tal-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni tul din il-Leġiżlatura? Jista’ jgħid x’kien l-eżitu tagħhom inkluż jekk kemm-il darba kienx hemm deċiżjonijiet mill-istess fejn impona multi?

16/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din il-leġiżlatura saru żewġ talbiet, lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. F’każ wieħed biss ġew imposti multi.

Seduta  284
06/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...