14.7.15

IL-KALKARA - XOGĦLIJIET.





17339. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u qed isiru f’din il-Leġiżlatura fil-Kalkara b’mod partikolari quddiem il-Kunvent ta’ Santa Liberata? Jista’ jgħid kemm intefqu jew mistennija li jintefqu flus fuqhom?

23/06/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bidu ta' din il-leġiżlatura tlesta x-xogħol ta' tisbiħ taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta' San Gużepp waqt li bħalissa għaddej ix-xogħol ta' tisbiħ taz-zuntier tal-Kunvent ta' Santa Liberata. Xogħlijiet oħra ppjanati huma dawk tal-bini mill-ġdid tal-latrini pubbliċi, xogħlijiet f’ ġnien pubbliku u l-bini ta' changing rooms u faċilitajiet anċillari fil-ground tal-football tal-Kalkara.

Ix-xogħol taz-zuntier ta' San Ġużepp ġie jiswa €233,448 waqt li dak ta' Santa Liberata ser jiswa' madwar €330,000. Fuq it-tliet proġetti l-oħra li se jsiru matul l-2016 qed isiru l-istimi.

Seduta  288
13/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...