7.7.15

IR-RABAT MALTA – DOMUS ROMANA - VIŻITATURI.





17145. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw id-Domus Romana fir-Rabat Malta tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat ta’ tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kienu ż-żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 29,169 persuni li żaru d- Domvs Romana fir-Rabat Malta bi ħlas,kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.

Matul l-istess sena kien hemm 23 żjara organizzata minn tfal tal-iskola. B’kollox attendew 678 student tal-iskejjel primarji u 59 oħra minn skejjel sekondarji.

Seduta  284
06/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...