6.7.15

IL-FGURA – HOUSING ESTATE – DJAR TA’ ABITAZZJONI PROPRJETÀ TAL-GVERN.



 


17141. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estate tal-Fgura li fihom ħsarat strutturali u li hemm il-ħtieġa li jinbidel is-saqaf tagħhom?

16/06/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, għaddej proċess ta’ spezzjonijiet biex jiġu vverifikati talbiet li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet għall-tiswijiet minn inkwilini li joqogħdu taħt titolu ta’ kera f’appartamenti jew djar fil-Housing Estate tal-Fgura.

Mill-ispezzjonijiet li saru sa issa għalkemm instab li hemm bżonn li ssir tiswija f’xi soqfa u gallarijiet, pero’ mhux il-każ li hemm bżonn li jsir bdil ta’ xi soqfa.

Seduta  283
01/07/2015

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...