6.7.15

FORTI SANT’ IERMU U L-MUŻEW NAZZJONALI TAL-GWERRA - VIŻITATURI





17137. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li ħalsu biex daħlu jaraw Forti Sant’ Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minntfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemmżjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Settembru fl-2014, meta ngħalaq għall-pubbliku minħabba l-proġett ta’ Sant Iermu,  kien hemm 41,917 persuna li żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.
Matul l-istess sena kien hemm 3 żjarat organizzati minn tfal tal-iskola. B’kollox ġew 69 student minn skejjel primarji u 56 oħra minn skejjel sekondarji.

Kif żgur jaf tajjeb l-Onor Interpellant il-Forti Sant Iermu kien magħluq għall-pubbliku sa Mejju ta’ din is-sena minħabba l-proġett tal-ERDF u għalhekk it-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari tiegħu trid bilfors tkun parzjali.

Seduta  283
01/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...