9.7.15

MINISTERI – AWTORIZZAZZJONI GĦAL XIRI U KIRI TA’ VETTURI





17155. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm awtorizza kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul is-sena 2014 fil-Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet kollha? Jista’ jgħid kemm din l-ispiża komplessiva ġiet tiswa?

16/06/2015

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Matul is-sena 2014 kien hemm 104 awtorizzazzjoni sabiex jinxtraw vetturi u 60 awtorizzazzjoni sabiex jinkrew vetturi.  Dawn il-vetturi jinkludu karozzi tal-passiġġiera, muturi, vannijiet, trakkijiet, tail-lifts, bawsers,  trakkijiet tat-towing, vetturi għat-tifi tan-nar u vetturi elettriċi.  L-ispiża komplessiva ma tistax tiġi kkalkulata fl-istadju tal-awtorizzazzjoni għaliex vetturi li jiġu awtorizzati mhux neċessarjament imbagħad jinxtraw mill-Ministeri jew Dipartimenti kkonċernati jew inkella jinxtraw jew jinkrew is-sena ta’ wara.

Seduta  286
08/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...