9.7.15

ĦAĠAR QIM U L-IMNAJDRA - VIŻITATURI.



 
17334. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex iżuru Ħaġar Qim u l-Imnajdra l-Qrendi tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

23/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 113,885 persuna li żaru Ħaġar Qim u 80,123 persuna li żarul-Imnajdra l-Qrendi bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.

Matul l-istess sena kien hemm 35 zjara organizzata minn tfal tal-iskola. B’kollox attendew 836 student tal-iskejjel primarji u 488 ohra minn skejjel sekondarji.

Seduta  287
08/07/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...