9.7.15

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – KUNTRATTI GĦAL XOGĦOL TA’ TINDIF JEW SIGURTÀ.




17333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tal-Ministeru? Tista’ tindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u li ħadmu fil-Ministeru, u fid-dekasteri kollha inkluż l-Korporazzjonijiet?

23/06/2015

  ONOR. HELENA DALLI:  Infurmata li sal-aħħar tas-sena 2014 kien hemm ħames (5) kuntratti għal xogħol ta’ tindif u kuntratt wieħed għall-xogħol ta’ sigurta’. Kien hemm tnax-il (12) persuni li kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti.

Seduta  287
08/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...