16.7.15

MALTA FILM FUND - PROĠETTI





17429. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ser ikun hemm proġetti li huma jew li ġew iffinanzjati mill-Malta Film Fund u kemm ammonti ġew investiti fl-industrija tal-films lokali speċjalment meta r-riżultat tal-applikazzjoni minn dan il-Fond għas-sena li għaddiet għadu mhux ippublikat u dawk ta’ din is-sena jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju 2015?

26/06/2015

 

ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Nassigura lill-Onor. Interpellant illi l-Film Fund qed jitmexxa b'mod professjonali, għal kuntrarju ta' dak li kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti.  Għall-ewwel darba, kull proġett li kwalifika għall-Film Fund qed jiġi awditjat sabiex ikun assigurat li flus il-poplu qed ikunu nvestiti kif suppost.  Dan ifisser li issa hemm ħafna aktar trasparenza u kkontabilita’ meta kkomparat mas-snin li għaddew, fejn kien hemm każijiet fejn persuni u kumpaniji ħadu l-fondi u ma wettqux il-proġett tagħhom skond il-kuntratt.  Tajjeb li ninforma illi, fir-rigward ta’ dawn il-każijiet, qed jittieħdu proċeduri legali. 

L-Onor. Interpellant huwa żbaljat fir-rigward tar-riżultat tal-Film Fund tas-sena li għaddiet.  Kull persuna jew kumpanija li applikat ġiet infurmata bir-riżultat.  Dawk li applikaw għal writer's grant u developmentgrant ġew infurmati fil-11 ta' Ġunju 2014, filwaqt li dawk li applikaw għal production grant ġew infurmati fit-30 ta' Ottubru 2014.

L-ismijiet tal-proġetti li kkwalifikaw għall-fondi mill-Malta Film Fund qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  290
15/07/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...